1. Dan kien drapp li fih kienu jgeżwru lit-tarbija biex tkun protetta mill-mard sakemm tkun għadha tal-idejn. Id-drapp magħfus kien ukoll suppost jgħin biex iżomm dritta s-sinsla tad-dahar. Terħa jew faxxa wiesa’ tal-fustan li jdawruha maż-żaqq tal-marid. 2. Hemm tip ta’ fisqija oħra li tkun magħmula minn xi erba’ tipi ta’ ħrieqi differenti. Il-ħrieqi kienu jkunu ta’ drapp differenti biex jilqgħu il-ħmieġ u fl-istess ħin jagħmlu s-sħana u jżommu kollox marbut sewwa.  Waħda minn dawn il-ħrieqi tissejjaħ ‘il-qlejba’.