jew VERDIRRAM   Tip ta’ patina jew għakar ta’ kulur ħadrani li joħroġ mir-ramm jew bronż wara ċertu żmien, speċ. jekk dan ikun espost għall-arja u l-melħ tal-baħar. 2. Kulur li kien użat fil-Medjuevu biex ipinġu bih. Dan il-kulur kien jinġabar mill-materjal ħadrani tal-verdirram. Il-materjal ta’ dan il-kulur kien ukoll jinġabar minn materjal tar-ramm billi dan kien jitħalla għal ħafna żmien imċappas bl-inbid jew bil-ħall. Ing. verdigris, kelma meħuda millFr. li final. tfisser ‘aħdar tal-Greċja’.