jew Vintuża: Tip ta’ kura folkloristika li tintuża minn diversi kulturi kontra l-irjiħat u mard ieħor. Il-pazjent titpoġġielu fuq ġismu ) daru, żaqqu u postijiet oħra. tazza msaħħna minn ġewwa. Din it-tazza teħel mal-ġisem hekk kif l-arja ta’ ġot-tazza toħroġ xi ftit ’il barra u l-ġilda tinġibed ’il ġewwa lejn it-tazza. Dan isir biex il-mard ‘jinġibed’ u joħroġ ‘l barra mill-ġisem u ċ-ċirkolazzjoni tad-demm tistimula ruħha. Hemm diversi mard, li dawk li jemmnu fil-kura alternattiva jużaw il-fintusa bħala rimedju,  eż., ir-riħ jew l-uġigħ fil-muskoli.   Sqal. vintusa. Ing. cupping glass jew ventose.