Dan l-appellattiv jintuża l-aktar fil-frażi ‘knisja filjali’, li hija rif. għal dawk il-knejjes jew kappelli, li jaqgħu taħt  il-knisja parrokkjali. It-terminu jirr. għal dawk il-knejjes żgħar li jinsabu fil-qrib tal-parroċċa. Dawn jissejħu wkoll ‘sukkursali’ – jiġ. fergħat tal-parroċċa. Biex nagħti eż., Il-knisja parrokkjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta għandha bħala l-knejjes filjali tagħha, il-knisja tal-Madonna ta’ Liesse, Il-knisja tal-Ġiżwiti u l-knisja tal-Erwieħ.  Fil-Medjuevu u qabel il-Konċilju ta’ Trentu kienu jeżistu wkoll il-‘parroċċi filjali’. Parroċċa filjali kienet tkun parroċċa li tibqa’ tagħraf lill-parroċċa minn fejn ħarġet bħala l-Matriċi tagħha. Eż. fir-Rabat, Għawdex, kien hemm tliet parroċċi filjali: San Ġakbu, San Ġorġ u dik tan-Natività, jew kif inhi magħrufa aħjar, Santa Savina. Fihom kienu jsiru s-sagramenti kollha ħlief il-magħmudija, għax din kienet il-prerogattiva tal-Matriċi. Sors ewlieni: Anton F. Attard.