Idj: ‘Telgħalu San Filep’: irrabja ħafna, tilef l-erre. Ma baqax kalm. L-oriġini ta’ din il-frażi hi dubjuża.  Jidher li din l-idjoma ma tirriferix għal San Filep ta’ Aġira, il-qaddis patrun ta’ Ħaż-Żebbuġ, iżda x’aktarx lejn San Filippu Neri li twieled Firenze, (1515-1595). Dan il-qaddis kellu karattru ġentili għall-aħħar u anki kellu sens ta’ umoriżmu.  Darba minnhom San Filep ipprova jipperswadi bniedem li kien ikkundannat biex jindem u jbiddel ħajtu.  Il-midneb baqa’ stinat u ma riedx jisma’. San Filippu Neri, fl-aħħar qabdu mill-kozz ta’ għonqu u sabtu mal-art. Dan il-kriminal tant inħasad b’dan l-aġir, li malajr aċċetta li jindem u għamel qrara sħiħa dak il-ħin stess. Din l-ispjega tal-idjoma tagħmel sens