1. Pjanta li tikber fil-kampanja, l-aktar fix-xagħri jew fil-widien. Is. xj. Filago germanica (Ing. cotton rose). 2. Appel. li jingħad b’mod figurattiv meta wieħed jirriferi għall-ħati ta’ xi reat kriminali, meta fil-verità l-ħati ma jkunx magħruf. Pereż. kien hemm espr. li tgħid hekk: ‘Filagu serqu l-bajd!’ – jiġ. bilfors li kien hemm xi ħadd li seraq l-oġġett, u għaldaqstant xi ħadd irid iħallas għad-danni. Ġieli jingħad ukoll: ‘(Ġanni) hu l-filagu tad-dar’ – rif. għal xi ħadd partikulari fil-familja jew il-post tax-xogħol li dejjem iwaħħlu fih f’kulma jiġri ħażin. Rif. wkoll għal xi tfajjel imqareb. Ing. scapegoat. Etim. mhix magħrufa. Sors: J.A.