Prietka qasira li s-saċerdot jagħmel ftit qabel it-tqarbin bil-għan li jħeġġeġ id-devozzjoni f’ dawk li jkunu se jitqarbnu, ħalli dawn jippreparaw ruħom sew biex jirċievu s-sagrament. Tal. fervore – M. ħeġġa. Ganado juża din il-kelma b’mod pjuttost figurattiv: ‘… Dun Mikiel Callus beda jdur iċ-ċelel tal-internati [f’Sant’Agata], u kien iberikhom u jagħmlilhom bħal prietka żgħira. Xi wħud kienu jiddejqu b’dan il-fervorin ta’ kuljum…’ Sors: Rajt Malta Tinbidel, it-Tieni Ktieb, p. 268.