Lasta li t-tarf tagħha jieħu l-forma ta’ foxxna li tintuża fl-ifran biex biha jitqalleb il-ħobż u oġġetti oħra li jkunu qed jissajru fil-forn. Rif. għax-xitan, x’aktarx għax dan jitpinġa bosta drabi jżomm il-ferkun, l-oġġett li bih iqalleb in-nar tal-infern.