jew FORENAFF   Beritta li tintlibes l-aktar mis-suldati fl-armata Ingliża. Il-beritta għandha diversi nomi, eż. field service cap jew side cap. Din il-beritta jkollha pizz wieqaf fuq quddiem u ieħor fuq wara, bħall-pruwa jew il-poppa ta’ vapur. F’Malta konna naraw din il-beritta l-aktar tagħmel parti mill-uniformi tal-uffiċjali tal-Air Force. Tixbah ħafna lill-‘beritta tar-ravjula’. Etim. Ing. fore ’n aft.