(D.)  pl. fliefel.  A. de S. jgħid li sa żmienu kont għadek tara nisa li kien ikollom ix-xagħar magħmul b’mod li jinżel nokklu, tnejn jew aktar, fuq nagħashom. Dan in-nokklu kienu jgħidulu felfula. Ġieli kienu jkunu sitt nokkli, magħmulin apposta biex jinżlu tlieta fuq kull naħa fuq ġbinhom. A. de S. Jgħid li qabel dan l-istil ta’ xagħar kien l-aktar komuni fil-kampanja, biss fi żmienu ma kontx għadek tara wisq aktar minnu.  XAGĦAR FELFULI  Xagħar kollu nokkli.