Ġnien żgħir ħafna li jinsab barra l-Birgu, u li jmiss mas-sur, eżattament fuq ix-xellug ta’ l-ewwel daħla qrib Couvre Port.  Marbuta ma’ dan l-ambjent hem storja li seħħet żmien ilu. Hawn kien inħeba kalċi bl-ostji, wara li fil-lejl ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Ottubru tal-1837, xi ħadd serqu mill-knisja ta’ Santa Tereża f’Bormla. Din il-knisja tinsab 200 m biss ’il bogħod minn dan din il-knisja. Wara xi jumejn, il-kalċi kien instab f’ħofra, ma’ ġenb is-swar tal-Birgu, minn tfal li kienu qegħdin jilagħbu fl-inħawi. Il-ħalliel kien inqabad u ntbagħat għomru l-ħabs. Minħabba din is-sejba ta’ oġġett tant sagru, f’dan il-post kienet infetħet nitfa ta’ kappella mit-Tereżjani, u l-post beda jissejjaħ minn nies tal-lokal bħala ‘Fejn Sabu s-Sinjur’.  Ara: Birgu, Citta’ Vittoriosa – Four Walks in a Historical City, ta’ Anton Attard. pp. 5,6.