Serje ta’ pubblikazzjonijiet, norm. magħmulin fi tmien paġni kull darba, li kienu joħroġu regolarment kull ċertu żmien, eż. kull xahar jew kull ġimgħa. F’kull faxxiklu jkun hemm episodji, li bil-mod il-mod, jifformaw storja kompluta. Meta l-aħħar episodju jkun ippubblikat, dawn il-faxxikli jinġabru kollha biex ikunu illegati fi ktieb wieħed.  Fit-tletinijiet il-faxxikli kienu jinbiegħu sold il-kopja, ħafna drabi lill-abbonati. Fis-snin sittin u sebgħin xi gazzetti bħal Il-Ħajja kienu jinkludu xi paġni b’episodji ta’ xi rumanz li kull darba kienu jinqatgħu biex fl-aħħar jiffurmaw storja sħiħa.  Sors prinċipali: Anton F. Attard. Ara: Oh Żmien Ħelu, Josephine Mahoney, pp. 81, 82.