1. Isem ta’ tajra (mill-ispeċi Coraciidae, għasfur magħruf ukoll bħala ‘tajra kaħla’ jew ‘qarnanqliċ’. 2. Fellus li jkun kiber sew, jew inkella serduk żgħir.  ĦAL FARRUĠ  Raħal żgħir ħafna, magħmul minn gozz irziezet li maż-żmien integraw ruħhom ma’ Ħaż-Żebbuġ. Ara: Place-Names of the Maltese Islands – c. 1300-1800, Godfrey Wettinger.   FARRUGIA   Kunjom Malti li ġej mill-istess tifsira.