Tip ta’ xgħir li llum jitkabbar l-aktar bħala ġwież għall-konsum mill-annimali. Is. xj. Triticum spelta, (Ing. spelt)Dan jintaħan l-ewwel bil-magna biex ikun iddiġerit sew.  Pjanta li fi żmien il-bidu tal-Perijodu Neolitiku, jiġ. daqs 10,000 sena ilu, ħarġet minn taħlita ta’ żewġ tipi ta’ qamħ li kienu mkabbra mill-bniedem. Dan it-tip ta’ qamħ baqa’ jitkabbar fl-Ewropa sa żmien il-Medjuevu.  L-istudjużi jemmnu li dan il-qamħ kien qrib is-subspeċi tal-qamħ komuni li llum jintuża biex isir il-ħobż u l-għaġin, eċċ. L-isem xjentifiku tal-qamħ komuni hu: Triticum aestivum; Ing. bread wheat.