Jew Faktotum:  Il-bniedem inkarigat minn kull tip ta’ xogħol u dmirijiet fil-każin (bħal per eż. segretarju ta’ każin tal-banda, eċċ.) Dik il-persuna li fil-każini eċċ. jkun imqabbad jagħmel kollox. Biż-żmien dan l-app. kien anki jindika li xi ħadd li jagħmilha ta’ servjent ikun qiegħed jindaħal f’xogħol ieħor li ma jkunx imqabbad biex jagħmlu. Lat. fac = M. tagħmel  + totum = M. kollox.