1. Tip ta’ ċeramika igglejżjata bil-materjal tal-landa, li kienet issir fi żmien ir-Rinaxximent f’Faenza, belt fl-Emilja Romanja, fl-Italja. F’Malta dan l-appellattiv jirriferi għal kull tip ta’ oġġetti taċ-ċeramika fina, bħal pożaplatti, vażuni, u statwetti tal-istess materjal, li bihom wieħed jiddekora d-dar. 2. Dan it-terminu jintuża wkoll mill-istudjużi tal-arkeoloġija biex jirriferu għal kwalunkwe tip ta’ fuħħar igglejżjat ta’ kull daqs, anki żibeġ, li kienu jiddammu bħala kullana fi żmien il-Feniċi. Fil-Mużew tal-Arkeoloġija hem bosta eżempji ta’ kullani Feniċi igglejżjati.