Idj:  ‘Għandu l-faħam miblul’. Tingħad għal min għandu xi ħaġa x’jaħbi. Din l-idjoma jinkludiha Mikiel Anton Vassalli fil-Lexicon li ppubblika fl-1796. Fil-Motti, Aforismi e Proverbii Maltesi. (1828) M.A.V. jerġa’ jsemmi din l-idjoma hu jgħid li tfisser li ‘l-persuna hi ħatja’, u mhux kif nafuha aħna ’l-persuna għandha x’taħbi. Fll-Aforismi. M.A.V. jgħid li din l-espressjoni hi  mfissra fuq eżempju mill-ħajja meta dawk li kienu jbigħu l-faħam bl-użin kien iqarqu bin-nies. Minħabba li l-miżien kien dak it-tip li kien ikollu xi toqob fih, il-faħam kien jitfarfar mit-toqob u jispiċċa u għaldaqstant xi kwantitajiet ta’ frak tal-faħam kien jaqa’ mill-miżien. Kawża ta’ hekk xi ftit mill-faħam kien jiħfief u l-bejjigħ kien jitlef xi ftit mit-toqol. Biex ipatti għal dan, il-bejjiegħ kien ikollu jżid aktar faħam u jmur minn taħt fil-bejgħ. M.A.V. jgħid li biex ipattu għal dan il-bejjiegħa tal-faħam kienu jxarrbu l-biċċiet tal-faħam bl-ilma biex dan ikun itqal. Meta jinqabdu u jinsabu ħatja il-bejjiegħa kienu jkunu kkastigati fil-pubbliku u allura b’wiċċhom kollu swidija tal-faħam kienu jintarfu mill-poplu, u wieħed kien jgħid lill-ieħor, ‘dak għax għandu l-faħam miblul.’