FUGASS / Fougasse

Dan kien speċi ta’ kanun magħmul billi titħaffer ħofra fil-blat forma ta’ ċilindru, u fonda daqs 2 m.  Din il-ħofra kienet tkun angulata lejn il-baħar, b’mod li minnha kienu jistgħu jkunu sparati kwantità kbira ta’ biċċiet ta’ ġebel u materjal ieħor kontra l-bastimenti jew biċċiet oħra tal-baħar li jittantaw jersqu lejn il-kosta. Mill-1740 ’il quddiem kienu tħaffru b’kollox mal-50 fagozz matul in-naħa l-baxxa tal-kosta taż-żewġ gżejjer Maltin. Għadhom jeżistu xi wħud minn dawn il-fagozzi, eż. fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex, fuq il-blat mat-triq tas-Salini qrib il-lukanda Coastline, u anki mal-kosta ta’ Pembroke. Oriġ. etim. mhix ċerta. Feu gasse tfisser:  Nar bid-duħħan. Kien hawn diversi tipi ta’ mini esplussivi b’dan l-isem. Bil-Fr. fougasse tirriferi għal tip ta’ bezzun, kultant qisu baguette li għandu l-istess forma tal-fagozz. Ara: The Fougasse: ‘The stone mortar of Malta’ ta’ Stephen Spiteri fi Treasures of Malta, Easter, 1999, Vol V no 2, pp. 31-35.  The Fortifications of the Knights, ta’ Stephen C. Spiteri, pp. 357-8.