Terminu Tal. li jirriferi għal persuni li kienu jkunu mqabbda mill-awtoritajiet tad-djoċesi biex jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-proprjetà tal-Knisja. Fil-każ ta’ Malta, il-fabbricere kien ikun ħafna drabi avukat jew perit imqabbad mill-Kurja biex jistħarreġ dwar kull proprjetà li l-Knisja jkollha mikrija għand il-bdiewa jew nies oħrajn, biex jara li din hi miżmuma fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. Jekk le, il-fabbricere dan kien jiddelibera mal-inkwilin ħalli jasal fi ftehim miegħu biex dak li hemm bżonn isir, u jara kif se jinqasmu l-ispejjeż tal-manutenzjoni meħtieġa tal-proprjetà. Tal. fabbriceria – M. istituzzjoni mwaqqfa mill-Knisja li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-bini sagru. Ara: Rajt Malta Tinbidel, it-Tielet Ktieb, p. 298.