1. Espr. ‘Minn ewl id-dinja’, li tfisser mill-ewwel żmien tad-dinja, rif. għal xi ħaġa magħrufa minn kulħadd. 2. Espr: ‘minn ewl iż-żminijiet’ – jiġ. ‘din hi ħaġa qadima ħafna’. 3. EWL  IL-LEJL   Il-bidu tal-lejl, l-ewwel parti tal-lejl.  EWL il-GĦAĠIN  L-ewwel għaġna mill-qamħ il-ġdid, 4. EWLILEJL  Il-lejl ta’ qabel il-jum li wieħed qed jirriferi għalih. Din il-kelma niltaqgħu magħha fit-Testment il-Ġdid, fil-Passjoni ta’ Kristu meta naqraw:  ‘Ewlilejl qabel ma miet’. Sors: Anton F. Attard u J.A.