Kelma li tingħad fl-espr. ‘tah estru’, jiġ. tah ferħ ta’ ġenn, jew beda jeċita ruħu, jekk mhux ukoll ferfex waqt li beda jagħmel xi ħaġa b’mod spontanju. Entużjażmu spontanju biex wieħed jagħmel xi ħaġa mingħajr ma jaħsibha. Eż. ‘Tani estru u biddilt l-għamara kollha tad-dar’. Tal. estro – M. l-ispirazzjoni li ġġiegħel ’l-artist u ’l-poeta jibda jikkrea xogħol artistiku jew letterarju ġdid. Final. Lat. Oestrus u Gr. Aostros – M. dak li jġiegħel lill-bniedem jinħakem minn mument ta’ delirju jew ta’ fantasija.