Bil-Grieg ἐπιφάνεια – epifaneia – tfisser ‘id-dehra, jew il-manifestazzjoni’, (ta’ Alla). Din il-festa tmur lura sas-sena 361, (Ammianus Marcellinus XXI:ii), u hi marbuta mal-Milied għax kien hemm żmien li l-Milied kien ċċelebrat fis-6 ta’ Jannar. L-Epifanija nafuha l-aktar bħala il-festa tat-Tre Re, jiġifieri l-Viżitazzjoni tat-Tliet Għorrief / jew s-Slaten Maġi (M. 2: 1-12). Biss, f’diversi żminijiet, u llum f’diversi reliġjonijiet Insara, l-Epifanija tirrapreżenta il-Magħmudija ta’ Kristu fix-xmara Ġordan. Isem ieħor bil-Malti għal din il-festa kien, L-Għid il-Ħamiem – A. de S. fid-Damma jgħid li l-Maltin ta’ qabel żmienu, kienu jiċċelebraw L-Għid il-Ħamiem – ‘It-Tberik tal-Ilma tal-Fonti tal-Magħmudija’, f’dan il-jum. Hu jgħid li hu kien assista għal dan ir-rit meta fis-sena 1757 kien żgħar Venezja. L-Istrina li tingħatha lit-tfal tissimbolizza l-istorja tas-Slaten Maġi u l-għotja tar-rigali li taw lil Kristu.