Minkejja ċ-ċokon tal-gżejjer Maltin, u grazzi għall-iżolament mill-kontinenti tal-Afrika u l-Ewropa li seħħ bosta drabi, eluf u miljuni tas-snin ilu. Malta għandha l-bijodiversità partikulari tagħha, kemm f’dak li huma pjanti kif ukoll f’dik li hi fawna. Dan ifisser li f’Malta jinsabu speċi endemiċi, uniċi u partikulari għall-gżejjer Maltin. Fost ilpjanti li huma kunsidrati endemiċi nsibu: s-Sempreviva ta’ Għawdex, Widnet il-Baħar, il-Bjanka tal-Irdum, u l-Limonju ta’ Malta. Eż. ta’ fawna endemika nsibu: d-Dussies (tip ta’ bebbuxu), il-Gremxula ta’ Malta, kif ukoll il-Ħanżir l-Art. Sors: Victor Falzon.