Ġanbull

Tip ta’ krema, li kienet tintuża biex tnaddaf oġġetti tar-ramm, eż., il-bokkli tal-uniformijiet military, jew strumenti mużikali tar-ramm. L-isem propja tal-prodott huwa John Bull.  Dan il-prodott kien popolari ħafna f’Malta, fis-seklu għoxrin. Oriġ. l-isem John Bull beda jintuża fl-Ingilterra fl-1712, minn ċertu John Arbuthnot, meta ħoloq karattru tipiku ta’ squire Ingliż tal-ibliet rurali. Dan il-persunaġġ intwera kemm-il darba bħala karattru f’cartoons satiriċi, li jippersonifika lill-poplu tal-Gran Brittanja. L-isem u l-immaġini ta’ John Bull intużaw ukoll bħala brand ta’ tajers, wiski, ħwejjeġ tal-militar, ċikkulata, gallettini u prodotti oħra maħduma fl-Ingilterra, ħafna drabi bl-iskop li jidentifika l-oġġett, bħala prodott Ingliż ġenwin.      

English: Type of ointment / grease used to clean objects such as copper, buckles, musical instruments etc.