Fixfixó

Ħafna oġġetti ta’ żina personali li jintlibsu bħala l-ornamenti li jispikkaw fuq il-ħwejjeġ. Eż., kwantità ta’ oġġetti tad-deheb, brazzuletti, kullani, imsielet, eċċ. Tal. Fisciu / Fr. Fichu: xalla tal-għażel milwija biex tifforma trijangolu u li kienet tintlibes min-nisa, l-aktar fis-seklu tmintax.

English: Eclectic mix of jewellery worn as decoration.

Source: Italian

Galaxxint

Kullana b’fossa kbira li kienet tintlibes għal xi okkażjoni speċjali. Etim. dubjuża, biss hemm dawn it-tifsiriet li jagħtu ħjiel minn fejn ġejja din il-kelma: gala – rif. għal okkażjoni partikulari meta wieħed għandu jilbes b’mod pulit, u xint, li tista’ tkun qed tirriferi għal ‘xintilli’ – affarijiet li jlellxu (Tal. scintillare). It-tifsira l-oħra hi din: gola – M. gerżuma u cinto – M. madwar.

English: A type of necklace that had a big gem.