Allatra

Esklamazzjoni: Issa daqshekk, iskot etc.

English: Exclamation: That’s it, Shut up etc

Oriġini: Għarbi

Appa

Espr. li tfisser li xi ħaġa li ġrat issa mhix se terġa’ tmur lura għalli kienet;  espr. oħra: “Għid appa!” – tingħad b’mod ta’ antiċipazzjoni meta xi ħadd jixtieq li tiġri xi ħaġa li żgur hi impossibbli jew diffiċli għall-aħħar li sseħħ. Espr. ‘għid appa ħej!’ Din tingħad meta xi ħadd juri stagħġib dwar dak li ħaddieħor qed jippretendi li se jieħu. Logħba bejn adult u tfajjel żgħir fejn l-adult jagħmel idejh ma’ mnieħer it-tifel biex taparsi se jeħodlu mnieħru. Il-kbir liż-żgħir jgħidlu ‘għid appa!, it-tifel jwieġbu ‘appa!’ u l-kbir jurih ras sebgħu l-kbir imdeffes bejn is-swaba’ l-oħra, bħallikieku dak kien l-imnieħer tat-tifel. Din l-espressjoni tingħad ukoll f’waħda mill-‘istejjer tal-ġganti’ li Patri Manwel Magri kien ġabar u ppubblika. F’rakkont minnhom, wara li tfajla tikkonvinċi lill-Ġganta biex tiddendel fil-bir, tgħidilha, ‘Issa għid appa!’ u dik tweġibha ‘appa!’. Fil-pront it-tifla tgħidilha ‘il-ħabel skappa!’ u titlaq il-ħabel minn idejha u l-Ġganta tibqa’ nieżla fil-bir. Ara: Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna, ta’ Ġorġ Mifsud Chircop, pp. 146 – 152.

Ħajr Martin Morana

Arrarrà

Esklamazzjoni li tfisser ‘Ara taħmel hekk!’; tingħad partikularment lit-tfal

English: Exclamation ‘don’t do that’, generally used with children

Assa

Found in the exlamation Assa ‘l hemm: usually stated to frighten someone or something away (most particularly dogs and cats, or some child looking to cause mischief.

Barbàr (barra)

Skond Erin Serracino-Inglott: Tingħad lit-tfal fil-frażi “immorru barbàr”; tfisser Ejja noħorġu!, Barra!

English: According to Erin Serracino-Inglott this exclamation (let’s go to barbàr)  was stated to little children and means “let’s go out!” or simply “outside!”

Sors: Għarbi

Għerq: B-R-R

Bast

Esklamazzjoni: Ieqaf! issa daqshekk!

English: Exclamation: Stop it! that’s enough!