Baqra (kontenitur)

Kontenitur tal-fuħħar li kien jintuża biex iżomm fih l-ikel sħun, eż., xi fenek imsajjar.  Dan il-kontenitur kien hu maħdum f’forma ta’ ċilindru oħxon imqiegħed fuq ġenbejh, iserraħ fuq erba’ saqajn. Imbagħad f’ġenb minnu għandu ras żgħira bħal dik ta’ baqra, u bħal denb in-naħa l-oħra. Il-kontenitur jinqabad mir-ras u mid-denb biex dak li jkun ma jismotx idejh waqt it-tisjir.

Ċekner

jew Keċner – Sajjar jew għamel xogħol relatat mal-preparazzjoni tat-tisjir billi uża l-kuċiniera. Għamel xogħol ta’ natura ħafifa fid-dar jew inkella barra, iżda relatat mad-dar.