Annata

Sena – tingħad l-aktar biex tfisser l-ammont ta’ xogħol, speċjalment agrikolu, li laħaq ikun sar fi żmien ta’ sena.

English: Year – said in particular with reference to the amount of agricultural produce yielded throughout the period of one year.

Art ħelwa

Espressjoni: Tingħad għall-art b’ħamrija tarija li ma tħabbatx lill-bidwi biex jaħratha.

English: Expression: literally translates to ‘sweet land’ – refers to land which is can be tilled without too much effort.

Bagħtar

Ħarat,  tajjar, qaras taħtu l-ħamrija ‘l hinn u ‘l hawn; għaffeġ, rifes fuq it-tajn.

English: Ploughed, Footslog

Sors: Għarbi

Għerq: B-Għ-T-R

Battum

1. Taħlita ta’ xaħx, ġir u deffun magħġuna bl-ilma biex tinħadem fuq il-bjut jew fil-btieħi ħalli meta tagħqad u tibbies din tipproteġi l-art mill-ilma tax-xita. Qab. ma’ BATTAM – v. li jirriferi għal meta wieħed ibajjad il-ħajt ta’ bir eċċ., biex dan iżomm l-ilma milli jgħaddi mill-pori tal-blat.  2. Demel li jintefa’ fir-raba’ miżrugħ biex l-art tkun aktar fertili. Sorsi: J.A. u E.S.I.