Aċċipe

Name of punitive card given to children in some private schools caught speaking Maltese. The last one to get the card also received the punishment due to the others who had it before him. This system served to ensure that at school students spoke either English or Italian but not their native tongue.

Ref: J. Aquilina

Amulett Micallef

Il-bniedem minn dejjem ried iżomm fuqu oġġetti li bihom seta’ jħossu protett mill-ħażen kemm naturali kif ukoll dak sopranaturali, kemm f’din id-dinja kif ukoll wara mewtu. B’hekk insibu li ħafna popli mdorrijin jilbsu amuletti madwar għonqhom biex jipproteġuhom. L-aktar amulett famuż li nstab f’Malta hu dak imsejjaħ ‘Amulett Micallef’. Dan l-amulett għandu forma ta’ ċilindru rqiq tal-metall bir-ras ta’ Ħorus, l-alla Eġizzjan b’ras ta’ seqer, bid-disk, (simbolu tax-xemx), u l-uraeus, (simbolu ta’ Horus u tal-farawni Eġizzjani). F’dan iċ-ċilindru kienet instabet papirus b’iskrizzjoni Punika. Din l-iskrizzjoni kienet talba li biha l-mejjet ikun protett mill-perikli li seta’ jiltaqa’ magħhom waqt il-vjaġġ tiegħu hekk kif imut. Dan l-amulett instab waqt xi tħaffir li kien sar fil-propjetà ta’ Dr. Daniel Micallef, fir-Rabat. L-amulett kien ingħata lid-Dipartiment tal-Mużewijiet fl-1969. L-amulett kien intbagħat il-British Museum, fejn il-papirus infetaħ b’attenzjoni liema bħala  biex ma jitfarrakx għax kien veru fraġli. It-test tat-talba ġie ddeċifrat f’Palermo. Ara: ‘Punic Antiquities of Malta and Other Ancient Artefacts held in Ecclesiastical and Private Collections’, pp. 44, 45., Malta – Phoenician, Punic, and Roman, Anthony Bonanno. pp.52, 53.  ‘Some Amulets from Phoenician Malta’, Tancred Gouder. Heritage, Vol.1. pp. 311 – 315.

Amulet case in shape of a falcon’s head. Bronze, laminated from Rabat Tal-Virtu, Malta Height 4.85 cm

Angara

Ix-xogħol obbligatorju li l-Maltin, speċ. dawk tal-Imdina u r-Rabat, kellhom jagħmlu biex b’mod ‘volontarju’ isaħħu u jgħassu s-swar tal-Imdina. Fi żmien il-Medju Evu kienet titħejja skeda li fuqha l-irġiel ta’ bejn is-sittax u l-ħamsa u sittin sena kienu obbligati jaħdmu mingħajr ħlas f’dan il-qasam, ċertu numru ta’ ġranet fix-xahar. Agius de Soldanis (A. de S.) jiddiskrivi l-engara bħala forma ta’ impożizzjoni, jew taxxa. Kelma oħra li tfisser l-istess bħal angara hi ‘newba’.

Ħajr: Martin Morana

Anġevini

Dawn kienu l-ħakkiema ta’ Malta bejn l-1263 u l-1283. Jissejħu Anġevini għax ir-renju ta’ dawn in-nies Franċiżi kien ibbażat fil-belt ta’Anjou fi Franza. Ftit nafu dwar kif il-Maltin kienu ttrattati f’dan iż-żmien. Biss nistgħu nissoponu x’ġara f’Malta, billi naqraw l-istorja dokumentata aktar bir-reqqa fi Sqallija ta’ dan il-perijodu. Dan minħabba li dak iż-żmien Malta kienet tagħmel parti mid-dominju tal-Anġevini, fi Sqallija. Il-waqa’ tal-Anġevini fi Sqallija fl-1282, serviet biex wasslet ukoll għat-telfa ta’ Malta minn taħt idejhom, sena wara. Dan ġara wara li fl-1283, saret battalja fil-Port il-Kbir bejn l-Anġevini u l-Aragoniżi, fejn skont ir-rakkontatur f’din il-battalja navali, ‘il-baħar tal-Port il-Kbir sar aħmar bid-demm tal-iġsma mejtin’. L-Aragoniżi rebħu din il-battalja biex b’hekk setgħu jieħdu ’l Malta taħt idejhom.

Ħajr: Martin Morana

Argużin

Historically this was the person in charge of the slaves on a galley; figuratively it refers to a person who is domineering or dictatorial.

Source: Sicilian

Plural: Argużini / Argwieżen

 

Balomba

Mechanism similar to a siren used to mark the beginning and end of work at the Malta Dry Docks.

Also known as: Palomba

 

Banda rrabjata

name given to adhoc bands that used to form in carnival time and whose only purpose was to create a din.

 

Banju (2)

Il-Banju: Dan l-isem kien riferenza għall-ħabsijiet tal-ilsiera.  F’Malta kien hawn tliet ħabsijiet minn dawn: dak tal-Birgu, dak tal-Isla u dak tal-Belt Valletta.  Dawn kienu ġen. iżommu l-ilsiera Torok, Misilmin u Lhud li kienu jinqabdu waqt xi battalja navali jew meta x-xwieni tal-piraterija, bosta drabi mqabbdin mill-Ordni kienu jattakkaw bastimenti jew bliet kostali apposta biex jieħdu n-nies bħala lsiera. Dawn kienu jew jinbiegħu jew inkella jinżammu fil-ħabs imsejjaħ il-bagno. Kien jissejjaħ hekk minħabba li dawn il-ħabsijiet kellhom l-ilma fejn jinħaslu l-ilsiera, tant meħtieġ mhux biss għax-xorb u l-ħasil tal-ġisem, iżda wkoll biex iservi għar-rit liturġiku Musulman li jsir kemm-il darba matul il-jum.  Il-ħabs tal-Birgu kien imħaffer fuq għolja ’l barra minn Sant’Anġlu; dak tal-Belt Valletta kien fejn illum hemm il-Barrakka t’Isfel.  Dawn it-tnejn inqerdu fi żmien it-tieni Gwerra Dinjija bl-attakki mill-ajru. Kien hemm ukoll ħabs ieħor l-Isla, x’aktarx fejn it-torri ta’ San Mikiel.  Norm. fi żmien l-Ordni kien ikun hawn f’Malta bejn 1,500 sa 2,000 ilsir fi kwalunkwe żmien tas-sena.  Minn dawn, xi wħud kienu  jinżammu mill-Ordni, waqt li oħrajn kienu jinbiegħu lin-nies għonja.   Ara wkoll: The Underground Slaves Prisons at Vittoriosa’,ta’ Lorenzo Żahra, fi Treasures of Malta, Easter, 2008, Vol XIV, no 2; Slavery in Malta 1300 – 1800, Godfrey Wettinger.

Ċippus

ĊIPPUS  Speċi ta’ ġebla jew kolonna (L. stelae). Fil-każ ta’ Malta iċ-Ċippus jirr. partikolarment għal żewġ  candelabra (kolonni żgħar skolpiti u ddekorati) li kienu nstabu tas-Silġ fis-seklu sbatax, u huma relatati mal-perijodu Puniku-Ruman. L-iskrizzjonijiet fuq iż-żewġ ċippi kienu identiċi u kienu miktubin kemm bil-Grieg kif ukoll bil-Puniku, fl-ewwel seklu Q.K. It-test nkiteb bil-Grieg u maqlub għal-Puniku.  L-iskrizzjoni tikkonsisti f’talba lill-alla Feniċju Melkart, miktuba mill-aħwa Abdosir u Osirshamar. Wieħed minn dawn iċ-ċippi kien ingħata bħala rigal mill-Gran Mastru De Rohan lir-Re Luwiġi VI.  Dan iċ-ċippus illum jinsab fil-Mużew tal-Louvre (ara r-ritratt). L-iskrizzjoni fuq iċ-Ċippus għenet ħafna biex tiġi ddeċifrata l-kitba Punika fis-seklu tmintax minn ċertu Barthelemy, lingwist Franċiż.  Ara: ‘The Malta Cippus in the Louvre’, ta’ Carmen Depasquale,   fi Treasures of Malta, No 46, Vol XVI, no 1.

Ex Voto

Frażi bil-Lat. Li tfisser: ‘skont il-wegħda’, rif. għar-rigal li jingħata bħala ringrazzjament lil Madonna jew xi qaddis ieħor, wara li l-persuna tkun qalgħet grazzja bl-interċessjoni tiegħu / tagħha.  Bosta drabi l-ex voto jkun xi pittura jew xi oġġett li jissimbolizza l-marda tal-pazjent. Hawn kemm-il santwarju f’Malta u Għawdex li huma meqjusa post ta’ pellegrinaġġ fejn isir it-talb u jitħallew mijiet ta’ ex votos li jfakkru dak il-perikolu li jkun għaddew minnu nies li ttamaw fil-grazzja. Fost dawn is-santwarji l-aktar famuż hu dak Ta’ Pinu li jinsab barra l-Għarb, Għawdex. Hemm ukoll is-Santwarju tan-Nattività tal-Mellieħa, dak Tal-Ħerba, f’Birkirkara, Tal-Ħlas, fil-wied il fuq minn Ħal Qormi u tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Xi oġġetti misjuba mill-arkeoloġi fl-Ipoġew ta’ Ħal-Saflieni, u eluf ta’ biċċiet ta’ fuħħar misjuba fiż-żona arkeoloġika f’Tas-Silġ, huma wkoll meqjusa bħala ex voto. Ara: The Maritime Ex-Voto, A culture of Thanksgiving in Malta, Isabelle Borg, 2005;  Ex Voto, Santwarju tal-Madonna Tal-Mellieha – Malta ta’ Jimmy Muscat, ‘Maritime Votive Paintings in Maltese Churches’, ta’ Andrew Cuschieri and Joseph Muscat, Melita Historica, Vol X no 2, 1989, pp. 121-144

Referenza: martin Morana

Falanga

Rif. għal dik il-parti tal-isptar tas-Sagra Infermeria l-Belt, fejn kienu jinżammu nisa li kienu jsofru minn mard venereali. Jista’ jkun li dan l-isem ingħata minħabba li din il-parti tal-isptar kienet toħroġ ’il barra mill-bqija tal-binja, u għalhekk l-isem jirriferi għall-din kienet estensjoni strutturali  ħierġa bħal saba’ ’l barra. Tal. falanga – M. l-għadam tas-saba’;  terminu militari li jirriferi għall-fillieri tas-suldati meta dawn jimmarċjaw fi grupp wieħed, f’sura rettangolari.

Referenza: Martin Morana

Ġjoja

Dan kien ir-rigal li l-Gran Mastru kien obbligat li jagħti lill-knisja konventwali ta’ San Ġwann meta jkun elett. Imbagħad il-Gran Mastru kien obbligat jagħti lill-istess knisja rigal ieħor darba kull ħames snin. Il-gioia, jew ir-rigal, kien jikkonsisti ġen. f’sett komplut ta’ paramenti sagri għall- quddiesa pontifikali, jew inkella xi oġġetti oħra ta’ valur simili. Fost l-isbaħ rigali li qatt ingħataw lil din il-knisja hem it-tapizzeriji Fjammingi, li l-Gran Mastru Ramon Perellos y Rocaful kien ta meta kien elett.

English: Gift, that the Grand Master of the Order of St. John was obliged to bequeath upon his election.

Source: Bejn Kliem u Storja – Martin Morana

Il-Borma tal-erwieħ

Traditional dish of a type of minestrone made of small beans known as favetta , kidney beans, chickpeas which was prepared on all souls day and given to the poor and the destitute.

Ref: JA

 

Il-Fidwa tal-bdiewa

Payment of 30,000 florins with which the Maltese redeemed their country from their Spanish baronial overlords.

 

Il-Foxxa

Archaeological prehistoric Maltese statue popularly referred to as the goddess of fertility.

foxxa2

Il-Ħarġa

First public appearance by a bride, when after a week at her parent’s house after the wedding, she finally departs for her new home accompanied by her spouse, family and guests.

 

Il-Ħoxba

The Fat Lady – name given to statute of archaeological fame.