Fjokk

1. Ornament tal-fidda li jitqiegħed fuq il-lampier ta’ quddiem is-sagrament. 2. Il-qala’ ż-żgħir ta’ quddiem ta’ bastiment jew dgħajsa; ġibb. Idj:  ‘Ippreparalu ikla bil-fjokki’ – ikla ta’ kwalità mill-aqwa;  xi ħaġa magħmula biex tkompli ssebbaħ oġġett jew servizz. L-enfasi superlattiv jidher ukoll b’mod ironiku b’mod negattiv, eż. ‘Laqqat riħ bil-fjokki’. Tal. coi fiocchi – M. xi ħaġa mill-aqwa, bil-ġmiemen. Tal. fiocchi – M. ċoff jew tajjara żgħira li tintuża biex timsaħ l-għaraq.

Sors: bejn Kliem u Storja.