Antaċċoli

Tip ta’ żina li tintuża l-aktar fuq l-ilbies u li huma magħmula minn ħoloq jew buttuni żgħar ta’ kulur varjat, ħafna drabi tal-metall. L-antaċċoli jinħietu mad-drapp jew affarijiet oħra, iżda l-aktar fuq ħwejjeġ tan-nisa, eż., velijiet, xalel, basktijiet  u anki żraben. Sqal. linticciola

Ħajr: Martin Morana