Annona

Proviżjon. Nom li ġieli jintuża biex jiddeskrivi l-bżonnijiet tal-ikel, l-aktar il-qamħ u affarijiet oħra li jinħażnu fil-pajjiż. Fi żmien l-Ordni, l-amministrazzjoni tal-annona kienet taqa’ direttament taħt l-awtorità tal-Gran Mastru. Kien importanti li hu personalment kien ikun jaf x’inhu għaddej fir-rigward tal-ħażna tal-ikel li kien jinġabar mir-raba’. B’hekk, f’każ ta’ bżonn, hu kien jagħti l-attenzjoni biex jibdew il-proċeduri ħalli jkun impurtat il-qamħ minnufih. Etim. fit-twemmin Ruman, Annona kienet l-alla li għaliha kienu ddedikati l-imħażen bil-qamħ u ċereali oħra biex hi tħarishom mis-serq jew minn xi nirien. Il-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt, għamel xi żmien jissejjaħ Dar Annona, prob. minħabba l-funzjoni tiegħu relatata mall-ġbir u l-ħażna tal-qamħ li kienet issir fil-fosos li kien hemm sa żmien ilu fil-wesgħa ta’ quddiem Kastilja, kemm fi żmien l-Ordni kif ukoll fi żmien l-Ingliżi. Bit-Taljan, il-kelma annona kienet l-aktar tirriferi għall-proviżjon maħżun biex jipprovdi f’każi ta’ emerġenza

Ħajr: Martin Morana

Ardu

Xaħam tal-majjal imdewweb; sonża, grass tal-porku (il-Miklem Malti)

English: pork lard

Sors: Sqalli: lardu