Bajla (2)

Mikser fejn jitħallat is-siment mal-ilma u materjal ieħor biex isir konkos. Minn dawn hemm dawk li jitħaddmu bl-idejn u oħrajn ikbar li  jitħaddmu bil-makkinarju tal-elettriku kif ukoll bil-magna tal-vettura stess li fuqha jkun qed jinġarr il-materjal.

English: Cement mixer.

Battum

1. Taħlita ta’ xaħx, ġir u deffun magħġuna bl-ilma biex tinħadem fuq il-bjut jew fil-btieħi ħalli meta tagħqad u tibbies din tipproteġi l-art mill-ilma tax-xita. Qab. ma’ BATTAM – v. li jirriferi għal meta wieħed ibajjad il-ħajt ta’ bir eċċ., biex dan iżomm l-ilma milli jgħaddi mill-pori tal-blat.  2. Demel li jintefa’ fir-raba’ miżrugħ biex l-art tkun aktar fertili. Sorsi: J.A. u E.S.I.

Dandalun

Għodda tal-ballata, speċi ta’ mazza forma ta’ kubu bil-manku, li tintuża biex jitballat id-deffun kif ikun għadu niedi. Għodda simili, iżda iżgħar, li tintuża mill-iskarpan biex biha jagħti d-daqqiet fuq it-tarf tal-ġilda li jkun qata’ qabel ma jibda jaħdimha fil-forma taż-żarbun.