Aġar

Ħlas mogħti lil ħaddiema bl-imqietgħa ta’ ġurnata xogħol, għotja lill karita

English: Wages, Alms

Aġġu

Ammont żejjed li jitħallas fuq id-deheb / fidda etc maħdum

English: Additional payment given to turn raw material to finished work example in precious metals

Akkontu

Depożitu,Kappara,Garanzija, parti ta’ ħlas minn dejn akbar.

ukoll: magħmul f’isem ħadd ieħor

English: deposit, guarantee, partial payment on debt.

Also: on behalf of

Oriġini: Sqalli

 

Ammenda

Multa żgħira mwaħħla mill-qorti bħala twiddiba.

English: Penalty charged by court to serve as a caution

Awment

Żjieda fuq ammont eżistenti (ġeneralment finanzjarja).

English: Increase (generally related to financial matters such as wages, prices etc)

Sors: Taljan