Aċefalu

A. Acephalous (not having a head, “an acephalous skeleton”). B. (typically of a hexameter beginning with a short syllable) lacking a syllable or syllables in the first foot.

Source: Italian

Plural: Aċefali

Baffiros

Appel. li l-Maltin ta’ dari kienu jużaw biex ilaqqmu lil xi ħadd li għandu d-daqna. Il-kelma kienet tintuża biċ-ċajt bħallikieku l-persuna bid-daqna kien xi Grieg.

Baqra (Mara)

Mara ħoxna u goffa, li ma tafx tieħu ħsieb tagħha nfisha.

English: disparaging term (cow) used to describe a fat and clumsy woman.

 

Bażutu

Rif. jew laqam ġeneriku, li fl-antik kien mogħti mill-Maltin lil xi ħadd ta’razza sewda.  Dan l-appel. Oriġina meta fit-Tieni Gwerra Dinjija kienu stazzjonati f’Malta, nies suwed mal-militar Ingliż, biex  jgħinu fl-operazzjoni tal-iżbark tal-Alleati fi Sqallija (Operation Husky). X’uħud minn dawn is-suldati suwed kienu ħadmu meta saru ir-runways fl-ajruport ta’ Ħal Luqa.  Espr: ‘Għandu xufftejh bħal tal-Bażutu’. Fl-1884 Basutoland, kien territorju vast fl-Afrika t’Isfel, li kien ġie kkolonjalizzat mill-Gran Brittanja.  Wara l-Indipendenza tiegħu, fl-1966, dan il-pajjiż beda jissejjaħ Lesotho.