Ajkla

Tajra tas-sibjien, salvaġġa, tfittex l-għoli tal-muntanji. Il-għamla li tidher rari hawn Malta hi dik li għandha granf qasir .

English: Eagle

Ajkla tal-baħar

ħuta b’fetħa wiesgħa ta’ ġwienaħ bħar-rajja b’denb irqiq u twil. Ġie li jseħulha “Pixxi-ajkla” – Myliobatis Aquila

English: Common Eagle Ray

Ajkla tal-baħar

Ajrun

tajra mdaqqsa ta’ l-ilma, b’saqajn twal u rix sabiħ, għonq twil tfittex l-agħdajjar, magħrufha wkoll bħala “għarnuq” u “grawwa” – megalornis grus grus

English: Crane

Ajrun