Għodda li tintuża bħala għajnuna għall-insib ta’ l-Alwett, magħrufha fil-Franċiż bħala “miroirs a alouettes” u bl-Ingliż bħala “lark mirror”. L-Alwettiera ġeneralment magħmulha minn biċċa njama triangulari b’mirja żgħar mħarrkin mal-wiċċ ta’ l-injama.
L-injama bil-mirja hija mriekbha fuq lasta ta’ l-injam, li għandha tarf minnhom ippuntat, sabiex l-apparat jista jitwaħħal ma’ l-art waqt li kordun hu marbut mal-parti bil-mirja ta’ fuq sabiex meta tinġibed tkun tista ddur. Il-Mirja jattiraw l-Alwett u għasafar oħra bħalu li huma miġbuda minn affarijiet li jleqqu u dan jagħmilha iżjed faċli biex jinqabgħad mix-xbiek tan-nassaba.
F’ħafna ilsna, jeżistu espressjonijiet u proverbji li jirreferu għall-Alwettiera, fejn metaforikament jalludu għall-offerta’ sabiħa li bit-tlellix tagħha tidher attrajenti aktar milli hi – iżda isservi biss biex tonsob lil min hu rgħib jew ma jaħsibx bir-reqqa.

English: Lark Mirror

Alwettiera-small

Related Entries