1. Tingħad b’mod ta’ żuffjett lil xi ħadd li, meta jsaqsi xi ħaġa, jgħid ‘eeh’? flok jgħid ‘kif?’ jew ‘x’inhu?’ Dak li jwieġbu, biex iwaqqgħu għaċ-ċajt, flok jagħtih ir-risposta li suppost, jirrispondih biss, ‘Effe’, għaliex fl-alfabett l-ittra F tiġi wara l-E. 2. Rif. għal xi ħadd li jkollu xortih taqilgħu. Espr. ‘Dak għandu effe kbira!’ Hawn l-ittra F tirriferi għall-fortuna.