Jew DIJUBALLI

Laqam li jirriferi għall-inħawi fin-naħa ta’ isfel tal-Belt, bejn Triq il-Funtana u Triq San Ġużepp. Din iż-żona kienet assoċjata mal-mandraġġ jew mal-arċipierku, fejn l-abitanti kienu ta’ livell ekonomiku l-aktar fqir. Ħjiel tat-tifsira ta’ dan l-appellattiv ġej mill-fatt li xi darba f’dawn l-inħawi kien hemm xi balal li setgħu kienu jżejnu l-inħawi jew xi dar bħala ġieli naraw eż. mad-daħliet tas-swar. Nafu b’ċertezza li fi żmien l-Ordni Triq San Nikola kien jisima’ Strada due balle u fi żmien il-Franċiżi, żammet l-istess isem biss bil-Franċiż, Rue Deux Balles  – M. Triq iż-żewġ balal.  Ara: Valletta,  ta’ Michael Galea, Allied Press, 2011. p. X.