Isem ieħor għal ‘iljun’. Kien hawn min ixebbah: ‘Kelb kbir daqs durbies’; ‘Dieb bħad-durbies.’ – jiġ. sparixxa f’kemm ili ngħidlek. Isem ieħor għall-iljun hu ‘għanbas’.

Kelma arkajka li ġejja mill-kelma Għarbija tal-istess ħoss li tfisser iljun. L-appellativ durbies jintuża wkoll għal kwalunkwe annimal feroċi. Espr. ‘Kbir daqs durbies’. Dan l-appel. jirriferi wkoll għal xi ħadd li xagħru imqanfed ‘bħal ta’ durbies’.