Munita antika tad-deheb Spanjola (seklu 16 sas-seklu 19). Kienet tiswa’ 2 escudos jew 32 real. Span. Doblon, Fr. Doubloon.  Minħabba l-kummerċ bejn Malta u Spanja, speċ. fil-qasam tal-esportazzjoni tal-qoton lejn dan il-pajjiż, din il-munita kienet valuta aċċettata fil-kummerċ Malti ma’ Spanja, fi żmien l-Ordni. Fi flus Maltin, id-dublun kien jiswa daqs 40 skud.