1. Qmugħ jew sbul li jkun diġa’ indires fuq l-andar. Iż-żara’ mitluq fuq il-qiegħa biex jindires jissejjaħ ‘terrieħa’. DRIS  Ix-xogħol tad-dris li jsir bil-MIDRISA / DERRIESA / MIDRAS.  DIRES  v. Farrak is-sbul biex il-qamħ u x-xgħir jinfired għalih. Id-dris kien isir fuq il-qiegħa, u s-sbul kien jitfarrak bis-saqajn tal-bhima jew bhejjem li jduru fuq il-qiegħa. Hekk kif is-sbul ikun tfarrak sewwa, iderruh bil-midra biex il-qamħ jew xgħir jaqa’ għalih waqt li biż-żiffa t-tiben itir fil-ġenb.  DERRIES   Appel. Għal dak li xogħlu hu li jidres. Il-Piccolo Dizionario (1856) jinterpreta d-DERRIESA bħala ‘quantità di biade gettate sull’aia per trebbiarle; a heap of grain ready for threshing’. Ħajr: Anton F. Attard.