L-iċken grad ta’ Kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann, imsejjaħ ukoll ‘Konfrati’. Dan il-grad kien jingħata lil dawk li m’humiex nobbli, jew jekk huma nobbli, fil-każ tagħhom in-nobbiltà tagħhom mhux ippruvata.  Dan il-grad jingħata lil min juri li hu ddedikat fil-qadi ta dmirijietu lejn ir-reliġjon Kattolika u lejn l-Ordni, u li josserva r-regoli u l-istatuti tal-Ordni. Fuq il-mantell li jilbes id-Donat d-disinn tas-salib tat-tmien ponot jkollu  ż-żewġ ponot ta’ fuq neqsin. Id-Donat ma kienx iħallas il-passaġġ (il-pagament tad-dħul fl-Ordni) u lanqas jikkonferma d-dixxendenza tiegħu, biss kien obbligat juri li mhux ta’ dixxendenza Lhudija jew Musulmana. Id-Donati kienu norm. jingħataw karigi għolja, eż., bħala nutara, uffiċjali tal-artillerija jew uffiċjali inkarigati mill-imħażen.  Sors ewlieni: Joseph Cilia; The Life and Times of Grand Master Pinto, Carmelo Testa, p. 19.