Jew IRDUBBLATURA

1. Norm. kelma li tintuża fil-frażi ‘ħajt dobblu’, jew ‘ħajt li sar bi rdubblatura’ – jiġ. ħajt li jkun mibni minn żewġ saffi ta’ ġebel imqiegħda wieħed wara l-ieħor biex b’hekk iż-żewġ ħitan jittellgħu wieħed kważi jmiss mal-ieħor u l-vojt ta’ bejniethom jimtela bil-mazkan jew terrapien. Fil-kostruzzjoni, dan ix-xogħol hu meħtieġ l-aktar fuq il-faċċata ta’ barra, biex jagħmilha aktar diffiċli li l-kesħa jew is-sħana ta’ barra tinfed għal ġewwa l-binja. 2. Bil-kbir jew b’qawwa kbira. Fl-istorja qsajra ‘Trid Tisma’ l-Banda Sewwa’ ta’ Dun Xand Cortis (ċ. 1900), din il-kelma tintuża b’dan il-mod: ‘Fil-proċessjoni [ta’ San Spiridjun fi Kreta] mhux biss idoqqu dobblu l-knejjes tax-Xiżmatiċi imma tal-Kattoliċi wkoll.’ Hawn il-kelma ‘dobblu’ tintuża bħala ‘bil-kbir jew bil-qawwa’. Sors: Il-praspar miktuba minn Dun Xand Cortis ta’ Ġorġ Mifsud, p. 46.