Fenomenu astrali li hu viżibbli fis-sema kull sena jum qabel l-10 ta’ Awwissu.  Dan ‘id-dmugħ’ mhu xejn ħlief id-dwal żgħir ta’ kwantità kbira ta’ meteoriti jew ‘trab’, li hu r-residwu tal-kometa msejħa Swift Tuttle. Dan il-frak hu magħruf ukoll bħala Perseidi, għaliex dawn id-dwal jidhru bħallikieku ġejjin mill-kostellazzjoni magħrufa b’dan l-isem. Ir-raġuni tal-appel. ‘Dmugħ ta’ San Lawrenz’ hu relatat mal-festa ta’ San Lawrnez. Antikament, l-għada li jseħħ da nil-fenomenu, ħafna tfal kienu jfittxu fil-ħamrija biex jaraw isibux il-frak ta’ faħam li jkun waqa’ mis-sema. Dan il-frak jissejjaħ il-FAĦAM TA’ SAN LAWRENZ.  Sors ta’ informazzjoni dwar din id-drawwa: Lorenzo Zahra.