Idj: ‘Lanqas għandi ħabba ta’ Dirwan’: tfisser: ma għandi xejn; bla flus. Espr. li biha l-Maltin kienu jirreferu għall-flus maħruġa fi żmien il-Gran Mastru De Rohan. Fi żmien De Rohan kienu ġew stampati eluf kbar ta’ muniti tal-ħabba. Tant kien hawn minn dawn il-muniti fl-idejn li s-siwi tagħhom kien żvaluta sew u spiċċaw ma jiswew kważi xejn. Għaldaqstant din l-idjoma tirriferi għal sitwazzjoni fejn bniedem ikun fi stat ekonomiku ħażin għall-aħħar.

De Rohan