Tingħad l-aktar fil-frażi ‘bid-dimis’, jiġ. bl-eżatt. Kejl bl-eżatt, eż. Il-libsa ġietu bid-dimis, jiġ. l-libsa ġietu bl-eżatt. Din il-kelma tidher fil-ktieb Żmien l-Ispanjoli ta’ Ġużè Galea, p. 201: ‘… Kbarat Maltin lebsin kollha bid-dimis, u n-nisa tagħhom jiddu fil-ħarir u d-deheb…’ Kelma li tingħad ukoll fil-logħob tal-boċċi meta boċċa tintefa’ bil-mod biex tqarreb lejn il-likk; terminu li jintuża wkoll fil-logħob tal-biljard, meta l-boċċa l-bajda tolqot il-boċċa l-oħra kemm kemm tmissha, wara li tirrombla bil-mod il-mod lejha tul il-mejda. Użin bid-dimis, jiġ. użin bl-eżatt. Espr. ‘xtara bid-dimis’. Etim. Sqal. di misa / di misura u Għ. dams – oġġett li tarah biss mill-bogħod u tibqa’ ma tkunx taf eżattament x’inhu. Sors: G.B.F., 1845.