Għexur.  Isħma ta’ wieħed minn kull għaxra tal-prodott li fl-imgħoddi l-bidwi kien obbligat li jħallas meta dan ikun lesta mill-ħsad tal-uċuh tar-raba’. Kontribuzzjoni jew taxxa lill-Knisja jew lill-Istat li kienet tlaħħaq dejjem sa wieħed minn għaxra tal-ġid jew tal-qliegħ tal-persuna.