1. Lupu. Jissejjaħ ukoll ‘lipp’.  2. Denb id-dib. Hawn tliet varjetajiet ta’ pjanti li jikbru f’Malta f’diversi żminijiet tas-sena, li għandhom dan l-isem. Fost dawn hemm waħda minnhom li tikber kullimkien, li tissejjaħ ‘żina tal-foqra’ (is. xj. Solanum nigra). Hemm pjanta oħra li tikber fil-ġonna (is. xj. Amaranthus caudatus). It-tielet pjanta tikber mas-swar, għalkemm mhix daqstant komuni, u tissejjaħ ukoll ‘għeneb il-bniet’ jew inkella ‘russett’. Dari kienu jieħdu l-kulur ħamrani minn din il-pjanta biex iħalltuh mal-ħelu. Sors: E.S.I.