l-isem mogħti lid-dgħajsa li kienet taqsam bejn Malta u Għawdex fis-seklu dsatax u fil-bidu tas-seklu għoxrin. Il-qlugħ tal-latini hu msejjaħ hekk għax imur lura sa żmien ir-Rumani. Din il-qala’ hi triangolari u tittella’ mal-ġenb tal-arblu. Biż-żmien il-qala’ ħa post il-qala’ kwadru Ruman u għal mijiet tas-snin wara, baqa’ jintuża mill-bastimenti, tista’ tgħid, madwar il-Mediterran kollu. Fi Sqallija lejn Trapani, għad hemm dgħajesjs tal-qlugħ li jissejħu, gozzo jew guzzu, li hi l-kelma min fejn ġejja l-kelma luzzu. msejħa dhow, li tixbah mhux ftit lid-dgħajsa tal-latini. F’Malta d-dgħajsa tal-Latini tixbaħ lil luzzu, biss fil-verità dawn ma għandhom x’jaqsmu xejn ma xulxin. Dan għaliex id-dgħajsa tal-latini taf l-oriġini tagħha lill-ixprunara. L-Ingliżi bdew isejħu din id-dgħajsa ‘d-Dgħajsa ta’ Għawdex’ jew aħjar The Gozo Boat.  Dan għaliex fi żmien għal bosta żmien din kienet id-dgħajsa l-aktar użata biex wieħed jaqsam il-Fliegu. Ing. Lateen sail.